Aġġornata | Keith Schembri jirriżenja mill-Partit Laburista
Schembri bagħat ittra lill-President tal-Partit Laburista li fiha saħaq li jinsab ċert li l-verità se toħroġ kollha
More in Politika
Schembri bagħat ittra lill-President tal-Partit Laburista li fiha saħaq li jinsab ċert li l-verità se toħroġ kollha
L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri rriżenja mill-Partit Laburista waqt li saħaq li jinsab ċert li l-verità se toħroġ kollha.
Jidher li Schembri bagħat ittra lill-President tal-Partit Laburista li fiha saħaq li ma jixtieqx li ismu jiġu użat u jkun il-kaġun li tinħoloq firda fil-Partit Laburista.
Għaldaqstant qiegħed jirtira t-tessera tiegħu.
Saħaq li jasal iż-żmien fejn il-verità se toħroġ u kulħadd ikun jista' jaraha.
Din hija l-ittra ta' Schembri kelma b'kelma:
Sur President, Qed niktibklek din l-ittra wara numru ta’ messaġġi li jikkonċernaw lili, li rajt fuq social media.
Jien minn dejjem emmint fil-moviment Laburista li nħoloq taħt it-tmexxija ta' Dr. Joseph Muscat, u dejjem emmint fil-valuri ta’ dan il-partit. Ma nixtieq qatt li ismi jiġi użat u nkun il-kaġun li tinħoloq firda fil-Partit Laburista. Tkun u tibqa' Laburist mhux sempliċiment għax tkun membru tal-partit, kif jixhdu l-eluf ta' sostenituri ta’ nies li jemmnu fil-partit u li lili dejjem ġabuli rispett.
Ghħaldaqstant nixtieqek tikkonsidra t-tessera tiegħi fil-Partit Laburista bħala waħda mwaqqfa. Nemmen mingħajr riservi fil-kapaċità tal-moviment Laburista li jkompli jkattar u jqassam il-ġid lill-poplu Malti.
Nemmen li l-Partit Laburista għandu futur sabiħ quddiemu li ħa jkompli jwasslu għal iktar rebħiet elettorali.
Ha nibqa' dejjem leali u nkun qiegħed hemm, għal kemm-il darba il-Partit Laburista jkollu bżonni. Konvint li l-verità se toħroġ kollha biex kulħadd ikun jista' jaraha, anki min iġġudikani sempliċiment fuq allegazzjonijiet infondati.
Aqra aktar: