Fi stqarrija l-Organizazzjoni xellugija Żminijietna qalet li “l-ħsara fl-interconnector tikkonferma kemm Malta għandha tibqa' iżżomm is-sovranità tagħha fil-produzzjoni tal-enerġija”.
Żiedet tgħid li "Prim Ministru ġdid Laburista għandu jikkunsidra n-nazzjonalizzazzjoni mill-ġdid tal-produzzjoni kollha tal-enerġija f’Malta".
Minkejja dan, kompliet tgħid li "kien pass għaqli l-investiment li għamel Gvern Laburista li jaqleb għal sistema li taħdem bil-gass u li ma tiddependiex totalment minn sorsi esterni fosthom l-interconnector”.
Din l-istqarrija tiġi ftit wara sensliena ta' qtugħ ta' dawl madwar il-pajjiż. Waqt konferenza li saret nhar it-Tnejn, it-30 ta' Diċembru, l-EneMalta spjegat kif sar ħsara kbira lejn l-interconnector u li hemm possibilità li jerġa' jkollna qtugħ ta' dawl fil-ġimgħat li ġejjin.
Tajjeb li wieħed iżid li, dwar il-ħsarat li seħħew riċentament fl-interconnector, qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex tiġi determinata l-ħsara li saret.