Dalgħodu reġa' fetaħ il-Parlament ta' Malta wara vaganzi twal tal-Milied, bl-ewwel ħaġa fuq l-aġenda tkun il-ġurament ta' Jean Claude Micallef bħala Deputat Parlamentari.
Jean Claude Micallef ġie elett fl-elezzjoni każwali wara r-riżenja ta' Helena Dalli li issa saret Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza.
Din kienet l-ewwel seduta Parlamentari minn meta f'Diċembru tal-2004 il-Parlament aġġorna, aktar kmieni minn qabel, għall-vaganzi tal-Milied.
Il-Parlament kien aġġorna fil-qalba ta' protesti li kienu qed isiru kontinwament quddiem il-binja tal-Parlament fid-dawl tal-iżviluppi fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li spiċċa daħal fihom ukoll l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Din tal-lum hija l-ewwel seduta Parlamentari minn meta Robert Abela sar Prim Ministru.
Aqra wkoll: