Ritratti | Anton Refalo jieħu l-ġurament bħala Ministru

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali Refalo kien l-aktar kandidat Laburista li ġab voti fuq it-13-il Distrett

Id-Deputat Għawdxi Anton Refalo ħa l-ġurament bħala Ministru għall-Biedja, Sajd, id-Drittijiet tal-Annimali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Refalo ħa l-ġurament bħala Ministru wara r-riżenja ta' Justyne Caruana minn Ministru għal Għawdex. 

Anke jekk Refalo deher bħala s-suċċessur preferut tagħha, hekk kif kien diġà serva bħala Ministru għal Għawdex, il-Prim Ministru Abela għażel li jagħti dan il-portafoll lill-Ministru Clint Camilleri.

Refalo fil-fatt ħa post Camilleri li l-ġimgħa li għaddiet inħatar Ministru għall-Politika Agrarja u Sajd, Drittijiet tal-Annimali u Protezzjoni tal-Konsumatur fil-kabinett il-ġdid ta' Robert Abela.

Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Refalo kien l-aktar kandidat Laburista li ġab voti fuq it-13-il Distrett, aktar minn Justyne Caruana. Fl-ewwel count, Refalo kien ġab 4,853 vot.

More in Politika