Il-Unjin Maltija tal-Għalliema tat ultimatum lill-Ministeru għall-Edukazzjoni biex isolvi l-problemi fl-infrastruttura sanitarja fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid.
Jekk jibqa’ ma jsir xejn, l-MUT lesta tordna direttiva biex l-għalliema, fiż-żewġ skejjel, ma jmorrux l-iskola mit-Tlieta 11 ta’ Frar.
Fi stqarrija, l-MUT saħqet li l-problema ilha xhur tippersisti u l-pressa tal-ilma f’dawn l-iskejjel waslet biex il-faċilitajiet sanitarji lanqas biss jistgħu jintużaw.
Fil-fatt, skont l-MUT, l-għalliema qed ikollhom jużaw lettrini pubbliċi barra mill-iskola b’ċertu lezzjonijiet tal-prattika qed ikollhom jitħassru.
Dan fi żmien meta kulħadd qed ikun imħeġġeġ jaħsel idu ta' spiss biex ma jinxteridx il-mard.