Il-kumpanija legali tal-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela ċediet il-liċenzja tagħha bħala aġent tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.
F’kummenti mat-Times of Malta, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li Abela Advocates mhux se jibqgħu aġenti ta’ dan il-programm xi ftit jew wisq kontroversjali.
Abela kemm-il darba saħaq li ma għandu l-ebda intenzjoni li jwaqqaf dan il-programm.
Lydia Abela, li hi wkoll avukata, kienet aġent tal-IIP u waqqgħet il-liċenzja tagħha malli Robert Abela sar Prim Ministru.
“Il-Prim Ministru se jkompli jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji dwar dan il-programm, fl-aħjar interess tal-pajjiż. Ma hemm l-ebda kunflitt ta’ interess,” saħaq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.