Delegazzjoni minn Repubblika, fosthom il-blogger Manuel Delia, żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista fejn iltaqgħu mas-Segretajru Ġenerali interim Francis Zammit Dimech.
Fi stqarrija, Repubblika saħqet li ddiskutew kwistjonijiet li jikkonċernaw iż-żewġ naħat, inkluż l-għajta għall-ġustizzja u l-verita fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia.
Iddiskutew ukoll il-bżonn ta’ riformi istituzzjonali u kostituzzjonali fil-pajjiż.
Id-delegazzjoni ta’ Repubblika kienet immexxija mill-President Vicki Ann Cremona, il-President Elett Robert Aquilina u Manuel Delia.
Repubblika ħeġġew lill-partiti politiċi kollha biex iżommu kuntatt mas-soċjeta ċivili u jiddiskutu flimkien il-governanza tajba u s-saltna tad-dritt.