12-il għaqda jikkundannaw lill-FKNK għall-proposta biex ikun abolit ir-referendum abrogattiv

Referendum huwa wieħed mill-aktar għodod demokratiċi f’kull pajjiż - ifakkru l-għaqdiet wara proposta tal-FKNK

Referendum huwa dritt ifakkru numru ta' għaqdiet
Referendum huwa dritt ifakkru numru ta' għaqdiet

Fi stqarrija Birdlife flimkien ma' numru ta' għaqdiet sostnew illi ma jaqblu xejn mal-proposta tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) biex, skontha, ma jkunx jista’ jissejjaħ referendum abrogattiv f’Malta u biex jitnaqqas il-poter tal-votanti li jitolbu li jsir referendum.  Din il-proposta saret fid-dawl tal-konsultazzjoni dwar ir-riforma Kostituzzjonali li qed titmexxa mill-President tar-Repubblika.  

"Referendum huwa wieħed mill-aktar għodod demokratiċi f’kull pajjiż, inkluż f’Malta, u d-dritt tal-votanti li jitolbu referendum m’għandu jiġi ostakolat bl-ebda forma jew mod."

L-għaqdiet akkużaw lilll-kaċċaturi li jridu jinvokaw referendum taħt l-iskuża li “għandhom jiġu protetti d-drittijiet legali, l-interessi, il-prattiċi, it-tradizzjonijiet u l-privileġġi ta’ gruppi f’minoranza u l-linja tal-ħsieb tagħhom hija instigata minn petizzjoni li kienet tressqet quddiem il-Parlament f’Ġunju 2014, sitt snin ilu, bil-firem ta’ 104,000 persuna."
 
"Fid-dawl ta’ dan, qed insejħu lill-President ta’ Malta, lill-Prim Ministru u l-Kabinett tal-Ministri tiegħu biex jassiguraw li jżommu intatti l-mekkaniżmidemokratiċi b’saħħithom li għandu pajjiżna, u jaraw li ma jsir l-ebda logħob mal-liġijiet Maltin biex tiġi aġevolata din it-talba li hija theddida għaddemokrazija."

 

More in Politika