Fi stqarrija Repubblika esprimiet "diżgust" għall-ħatra ta' Ramona Portelli fuq il-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet illi Portelli "kredenzjali purament partiġġjani biss."
L-istarrija fakkret ili l-gvern kienet kelliema għall-eks PM Muscat u għalhekk l-istqarrija tgħid li dawk li ħadmu ma' Muscat "qed jiġu ippremjati b’karigi fis-servizz pubbliku."
"Il-Bord tal-Appelli dwar l-Ippjanar hu korp kważi-ġuridiku li jrid jiffunzjona independentement mill-Gvern. Il-ħatra ta’ Ramona Attard tirriduċi dan il-Bord bħala ħalq ieħor li minnu jiekol il-Partit Laburista," qalet l-istqarrija.
Repubblika qalet illi dawn il-ħatriet saru sistema "effettivament sovjetika" fejn il-pożizzjonijiet fl-amministrazzjoni pubblika ma jingħatawx lil min hu kompetenti għalihom imma għal min hu leali u attiv fil-partit tal-Gvern.