'Tbiddilx lil Malta f'mekka ta' Turiżmu sesswali' - 40 għaqda lill-Gvern
Dan wara li s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar saħqet li l-liġi dwar id-dikriminilizzazzjoni tal-prostituzzjoni mhux se tinkrimina lill-klijenti
minn Yendrick Cioffi
Grupp ta’ NGOs ingħaqdu flimkien fi stqarrija u insistew mal-Gvern li jekk se jiddikriminalizza l-bejgħ tas-sess mingħajr ma’ jikkriminalizza x-xiri tiegħu se jkun qed joħloq sitwazzjoni “attraenti” ħafna għat-traffikanti u dawk li jħaddmu u jisfruttaw lin-nisa.
Fil-fatt, l-NGOs qed jisħqu lill-Gvern li jekk fir-riforma se jagħti l-ġenb lill-Mudell Nordiku, liema mudell jikkriminalizza kull tip ta’ xiri ta’ servizz sesswali iżda mhux l-att li persuna tipprostitwixxi lilha nnifisha, se jkun qed jieħu lill-pajjiż lura u mhux ‘il quddiem.
Kienet is-Segretajru Parlamentari Rosianne Cutajar li lbieraħ qalet ma’ LovinMalta li l-liġi proposta għad-dikriminalizzazzjoni tal-prostituzzjoni f’Malta mhux se tkun tinkludi l-kriminlizazzjoni tax-xiri tas-sess.
“Kif nistgħu nemmnu li l-Gvern għandu l-ugwaljanza tal-ġeneru għal qalbu meta l-istess Gvern irid ikompli jiffaċilita l-kommodifikazzjoni u l-oġġettifikazzjoni tal-ġisem tal-mara,” insistew l-NGOs.
L-istqarrija tinsisti mal-Gvern li jekk jiddikriminalizza l-prostituzzjoni mingħajr ma jikkriminalizza x-xiri tas-sess se jkun qed jirriskja li jbiddel lil Malta f’mekka ta’ Turiżmu sesswali.
L-istqarrija tinsisti li l-grupp ta’ esperti li preżenta l-proposti tiegħu u li dwarhom qablu xejn inqas minn 40 organizzazzjoni (inkluż dawk li jaħdmu favur id-drittijiet tal-mara) qed iħeġġeġ lill-Gvern biex ma jgħaġġilx u joqgħod fuq il-parir tal-esperti.
“Il-grupp jittama li l-Gvern ma jibbażax id-deċiżjoni tiegħu fuq opinjoni mhux infurmata,” tkompli l-istqarrija.
Temmew jisħqu li ma jistgħux jifhmu kif is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar waslet għal din il-konklużjoni meta l-proċess konsulattiv għandu għaddej, inkluż din il-ġimgħa stess fil-Parlament.
Aqra aktar fid-dettall dak li l-40 għaqda qed jipproponu lill-Gvern:
L-għaqdiet li huma favur li l-Gvern jaddotta l-Mudell Nordiku huma:
- Association for Equality (A4E)
- Attard Ladies Cultural Club (ALCC)
- Azzjoni Kattolika Maltija (AKM)
- Caritas
- Dar Hosea
- Dar Merhba Bik
- Department of Gender Studies (UOM)
- Department of Social Policy and Social Work (UOM)
- emPOWer Platform:
- Business and Professional Women (Valletta) Malta (BPW)
- Foundation for Women Entrepreneurs Malta (FWE)
- Malta Association of Women in Business (MAWB)
- Malta Foundation for the Wellbeing of Society (MFWS):
- National Centre for Family Research
- National Observatory for Living with Dignity
- National Institute for Childhood
- Malta Girl Guides (MGG)
- Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN)
- National Council of Women (NCW)
- Soroptimists International Malta (SI)
- Young Women’s Christian Association (YWCA)
- Faculty of Theology (UOM)
- Għaqda Studenti tat-Teologija
- Good Shepherd Sisters
- Justice and Peace Commission
- Local Councils Association
- Malta Association of Public Health Medicine (MAPHM)
- Malta Confederation of Women's Organisations (MCWO)
- Malta Medical Students Association (MMSA)
- Malta Midwives Association (MMA)
- Men Against Violence (MAV)
- OASI Foundation
- Saint Jeanne Antide Foundation (SJAF)
- Solidarity Overseas Service (SOS) Malta
- University Chaplaincy
- Victim Support Malta (VSM)
- Women's Rights Foundation
- Women`s Study Group (WSG)
Il-proposti qablu dwarhom ukoll dawn l-għaqdiet internazzjonali
- Coalition Abolition Prostitution (CAP) International
- Coalition Against Trafficking in Women (CATW)
- European Network of Migrant Women (ENOMW)
- European Women's Lobby (EWL)
- Survivors of Prostitution Abuse Calling for Enlightenment (SPACE) International