Ġimgħa mill-mewt ta' Miriam Pace ... l-inċidenti li suppost wissewna!
Id-djar li ġġarrfu li suppost servew ta' twissija għal dak li kien ġej ... imma li swew ta' xejn!
minn Albert Gauci Cunningham
Din il-ġimgħa kienet iddominata mill-inċident, hawn min diġà qed isejjaħlu qtil - għax fil-fatt huwa riżultat ta' negliġenza - ta' Miriam Pace. Pace, mara lil hinn mill-għajn pubblika li f'dawn il-jiem spiċċat fiċ-ċentru ta' kontroversja u rabja palpabbli li nħasset, b'mod speċjali fuq il-midja soċjali.
Parzjalment, ir-rabja trid titpoġġa f'kuntest ta' qirda ambjentali madwar il-pajjiż u aktar minn hekk f'kuntest ta' inċidenti simili s-sena l-oħra, li kienu bħal twissija għal dak li ġara din il-ġimgħa.
Minkejja illi jingħad li l-ambjent ma jrebbaħx elezzjoni, jidher illi kellha tkun traġedja li ħasdet ħajja ta' omm illi fetħet l-għatu fuq frustrazzjoni u antipatija liema bħalha fil-pajjiż, lejn is-settur tal-kostruzzjoni illi jitqies minn bosta li ngħata wisq konċessjonijiet u wisq arja mill-Gvern.
Il-gazzetta ILLUM qed tagħti ftit ħajja lil dan il-kuntest billi tagħti ħarsa lejn l-inċidenti li ġraw qabel dan - fl-2019 -biex tibda tifhem aħjar ir-rabja kurrenti ta' bosta'.
L-ewwel twissija fi Gwardamangia
- Nhar l-24 ta' April 2019 tard billejl taqa' dar fi Gwardamangia
- Knaten u ġebel mill-binja li waqgħet jispiċċaw fit-triq
- Il-poplu jqum ixxukkjat u fit-triq il-Pulzija twissi biex in-nies joqogħdu ’l bogħod għax jista' jkun li taqa' parti oħra tad-dar
- Tibda diskussjoni dwar l-industrija tal-kostruzzjoni, l-abbuż li jkun għaddej fiha u l-inkonvenjent
- Persuna li tgħix fil-blokka tgħid li rnexxielha ssalva l-pet tagħha imma mill-bqija tilfet kollox
- Kienu diġà saru rapporti lill-Pulizija dwar konsenturi li bdew jidhru fil-faċċata tal-blokka
- Il-kuntrattur kien fuq il-post iżda ma jweġibx dwar ilmenti li setgħu saru lilu dwar il-konsenturi
- Fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident, imma kien l-ewwel twissija għal dak li ġej!
- Ġar jgħid li sa mnalla ma kinux reqdin in-nies għax kieku kienu jispiċċaw mirdumin
- Ix-xogħol fuq l-iżvilupp maġenb din il-binja kien ilu għaddej mill-2017
Mara anzjana maqbuda fit-tiġrif ... it-tieni twissija
- Nhar it-8 ta' Ġunju, Malta tqum għall-aħbar li waqgħet blokka ta' erba' sulari fil-Mellieħa
- Din id-darba hemm mara anzjana maqbuda fil-kollass u allura tinxtered il-biża' li dan l-inċident ħalla vittma
- F'dan il-każ il-perit kien wissa lill-kuntrattur biex ma jibdiex ix-xogħol iżda dawn il-pariri waqgħu fuq widnejn torox
- Sandro Chetcuti dakinhar ukoll kien fuq il-post jitkellem mar-residenti tat-triq
- Wieħed mir-residenti qal li kienu ilhom ftit li dehru konsenturi
Ħamest ijiem wara ... bini ieħor jaqa'
- Ħamest ijiem wara l-Mellieħa, jerġa’ jseħħ inċident fi Gwardamangia hekk kif jaqa' ħajt
- Mill-ġdid din il-proprjetà li parti minnha waqgħet tinsab bieb ma' bieb ma' sit ta' kostruzzjoni fejn kien qed isir skavar
- Id-diskussjoni tiħrax bil-pressjoni tikber tant li l-politiċi u l-MDA kellhom bilfors jiċċaqalqu fuq bżonn ta' riforma. Xhur wara titħabbar riforma fil-qasam tal-kostruzzjoni
- F'dan il-każ il-perit kien wissa lill-kuntrattur biex ma jibdiex ix-xogħol iżda dawn il-pariri waqgħu fuq widnejn torox
- Sandro Chetcuti dakinhar ukoll kien fuq il-post jitkellem mar-residenti tat-triq
- Wieħed mir-residenti qal li kienu ilhom ftit li dehru konsenturi
Traġedja f'Santa Venera
- Mara, Miriam Pace, tmut fir-raba' u l-agħar inċident tal-kostruzzjoni li seħħew
- Id-dar taqa' u Pace tispiċċa mirduma taħt saffi sħaħ ta' ġebel u terrapien
- Id-diskussjoni taħraq tinbidel f'rabja kbira u protesti kontra l-lobby tal-kostruzzjoni li jieħu ħafna mit-tort għal dan l-inċident