Sospiżi b'effett immedjat it-titjiriet tar-Ryanair bejn Malta, Milan, Bergamo u Treviso

Ħabbret dan il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li qed ikunu sospiżi t-titjiriet tar-Ryanair minn u lejn Milan, Bergano u Treviso.

Fuq Facebook, il-Ministru saħqet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjonijiet immexxija mill-Prim Ministru Robert Abela, uffiċjali tal-Malta Air (il-kumpanija sussidjarja tar-Ryanair) u l-Ministeru tat-Turiżmu.

Hija qalet li dawn it-titjiriet se jkunu sospiżi b’effett immedjat mil-lum.

Fil-fatt, illum waranofsinhar, kellha tasal titjira minn Bergamo fit-3:05am u l-istess ajruplan kellu jirritorna lejn Bergamo fit-3:30pm.

More in Politika