Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li minn għada Malta se tkun qed tagħlaq l-istituzzjonijiet edukattivi kollha, jiġifieri l-iskejjel primarji, sekondarji, post sekondarji u anke l-universitajiet.
Magħluqa wkoll minn għada ċ-ċentri kollha taċ-Childcare.
Dawn se jingħalqu għal ġimgħa u jista' jkun li l-perjodu jkun estiż ukoll.
B'effett immedjat qed jitwaqqfu wkoll l-attivitajiet tal-massa, inkluż il-logħob tal-futbol. Il-Prim Ministru appella lill-pubbliku biex ma jattendix attivitajiet li fihom jista' jkun hemm ħafna nies.
Mistoqsi x'se jiġri f'każijiet ta' tiġijiet, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li filwaqt li jifhem li dawn huma deċiżjonijiet diffiċli, ikun għaqli li dawn l-attivitajiet, inkluż it-tiġijiet, ikunu posposti. Insista li dan huwa żmien li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu.
Ħabbar ukoll li l-Gvern tkellem mal-Arċisqfijiet u min-nhar it-Tnejn il-quddies fil-knejjes se jkun qed jixxandar fuq it-televiżjoni u waranofsinhar ir-Rużarju.
Aqra wkoll: