Clayton Bartolo irriżenja mill-kariga ta' Ministru għat-Turiżmu, kważi tliet ġimgħat wara li rapport mill-Kummissarju għall-Istandards sab li kien kiser l-etika meta impjega lil martu bħala konsulenta tiegħu.
Bartolo ppreżenta r-riżenja tiegħu t-Tlieta filgħodu wara laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela f'Kastilja.
Sorsi qrib il-gvern qalulna li r-riżenja kienet ikkawżata minn investigazzjoni ġdida li tidher li tinkludi allegazzjonijiet oħra li jinvolvu ħlasijiet li rċeviet il-mara tiegħu. L-ILLUM m'għandha ebda informazzjoni dwar in-natura ta' dawn l-allegazzjonijiet ġodda.
Mistoqsi għal kumment mill-gazzetta oħt wara l-laqgħa tiegħu m'Abela, Bartolo dlonk wieġeb; "dak li jingħad bejnu u bejn il-Prim Ministru jibqa' kunfidenzjali".
(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)