Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li saru arranġamenti mal-MATSEC biex għal din is-sena biss, l-eżamijiet orali tal-MATSEC ma jitqisux bħala parti mill-marka finali.
Dawn l-eżamijiet kienu skedati li jsiru fil-jiem li ġejjin, iżda waqt l-istess konferenza tħabbar li l-iskejjel kollha se jkunu magħluqa.
Għalhekk il-MATSEC qablet li din is-sena, il-marka se tkun ibbażata biss fuq l-eżamijiet tal-kitba.
Qal li fadal ftit żmien sal-eżamijiet tal-kitba u għalhekk għalissa dawn se jsiru kif skedat.
Aqra wkoll:
L-iskema tal-POYC se tqassam stokk ta' xahrejn għall-anzjani