L-Italja bħalissa tinsab magħluqa. Kulħadd jinsab id-dar u l-istabbilimenti, il-ħwienet u r-ristoranti jinsabu kollha magħluqa. Madanakollu, it-Taljani mhu qed iħallu xejn iwaqqa' l-moral tagħhom.
Diversi filmati fuq Facebook u anke fuq YouTube qed juru lit-Taljani, partikolarment lin-Naplitani, fil-gallarijiet u fit-twieqi ikantaw u jdoqqu flimkien biex jimlew bi ftit entużjażmu t-toroq vojta li saru n-norma fl-Italja.
Wara ċ-Ċina, l-Italja hija l-aktar pajjiż milqut bil-coronavirus. L-għadd tal-pazjenti qabeż l-10,000 persuna u dawk li tilfu ħajjithom issuperaw l-1,000 persuna.