Il-Coronavirus | In-numri, il-fatti, il-miżuri u l-appelli
L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-coronavirus madwar id-dinja, il-każ f'Malta, il-miżuri li daħlu fis-seħħ ta' issa u anke l-appelli li saru mill-awtoritajiet
minn Yendrick Cioffi
Il-Coronavirus u l-aħħar żviluppi dwaru kienu fuq fomm kulħadd matul din il-ġimgħa. Kuljum ħarġu każijiet ġodda, tħabbru miżuri, ittieħdu deċiżjonijiet saru appelli u tħassru wkoll diversi attivitajiet.
F’dawn iż-żewġ paġni, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tiġbor l-aħħar numri dwar il-Coronavirus madwar id-dinja iżda se tispjega wkoll, f’punti, il-miżuri u l-appelli li saru mill-Gvern, fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa matul din il-ġimgħa.
Kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu u kull sagrifiċċju bħalissa huwa importanti għall-bqija tal-komunitajiet li fihom ngħixu. Għalhekk tajjeb li wieħed ikun mgħarraf bil-miżuri u l-appelli li saru biex isegwihom u jirrispettahom.
Qatt mhu biżżejjed li nieħdu prekawzjoni u għalhekk l-ILLUM se terġa’ tfakkar ukoll f’affarijiet żgħar li kull wieħed u waħda minna nistgħu nagħmlu biex nevitaw it-tixrid tal-virus.
In-numri madwar id-dinja:
KAŻI KKONFERMATI: 148,595
KAŻI ATTIVI: 69,342
- Sintomi ħfief: 63,668
- Każi serji/kritiċi: 5,674
KAŻI MAGĦLUQA: 79,253
- Fejqan: 73,706
- Imwiet: 5,547
PAJJIŻI/TERRITORJI AFFETTWATI: 129
L-AKTAR 10 PAJJIŻI MILQUTA
IĊ-ĊINA
- Każi: 80,824
- Imwiet: 3,189
- Fejqan: 65,596
L-ITALJA
- Każi: 17,660
- Imwiet: 1,266
- Fejqan: 1,439
L-IRAN
- Każi: 12,729
- Imwiet: 611
- Fejqan: 4,339
IL-KOREA T’ISFEL
- Każi: 8,086
- Imwiet: 72
- Fejqan: 714
SPANJA
- Każi: 5,753
- Imwiet: 136
- Fejqan: 517
IL-ĠERMANJA
- Każi: 2,758
- Imwiet: 8
- Fejqan: 46
FRANZA
- Każi: 3,611
- Imwiet: 79
- Fejqan: 12
L-ISTATI UNITI
- Każi: 2,329
- Imwiet: 50
- Fejqan: 41
L-IŻVIZZERA
- Każi: 1,357
- Imwiet: 13
- Fejqan: 4
IN-NORVEĠJA
- Każi: 1,030
- Imwiet: 1
- Fejqan: 1
Miżuri mħabbra fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa
- Edukazzjoni u Tagħlim
- Jingħalqu sal-Ġimgħa (jew aktar) l-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondarji u l-universitajiet
- Jingħalqu ċ-ċentri kollha taċ-Childcare
- Eżamijiet orali tal-MATSEC mhus se jsiru; Mhux se jkunu mnaqqsa mill-marka finali
- Sospiżi wkoll l-eżamijiet kollha tas-sewqan sal-Ġimgħa
- Kwarantina obbligatorja
- Kwarantina obbligatorja għal kull min jidħol fil-pajjiż ġej minn fejn ġej
- Kwarantina obbligatorja estiża wkoll għall-qraba li jgħixu mal-persuni li rritornaw mill-pajjiżi msemmija
- Turisti li waslu minn dawn l-istess pajjiżi għandhom jagħmlu l-kwarantina obbligatorja fil-lukanda
- Spot checks u multa ta’ €1,000 għal kull min jinqabad jikser il-kwarantina obbligatorja
- Barranin li jgħixu u għandhom permess biex jaħdmu f’Malta, jekk jiksru l-kwarantina obbligatorja, se jeħlu l-multa, ikollhom il-permess tax-xogħol revokat u jiġu ddeportati lura mill-pajjiż
- Vjaġġar
- Jitwaqqfu t-titjiriet minn u lejn l-Italja, il-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Iżvizzera
- L-ivjaġġar bl-ajru u l-baħar jibqa’ jsir biss għall-merkanzija, il-mediċina u prodotti tal-ikel
- Se jsiru t-testijiet fuq ix-xufiera li jwasslu l-merkanzija u l-prodotti minn barra minn Malta
- In-numru ta’ persuni li jkunu f’dawn it-trakkijiet tal-merkanzija se jkun limitat għall-massimu ta’ żewġ persuni
- Attivitajiet tal-massa u postijiet fil-miftuħ
- Ma hemmx massimu jew minimu. L-attivitajiet kollha tal-massa ma jsirux inkluż dawk tal-futbol
- Is-swieq fil-miftuħ ma jsirux
- Anzjani
- L-anzjani fuq il-lista tal-POYC se jingħataw stokk ta’ xahrejn mediċina li huma eliġibbli għaliha
- Iż-żjajar fid-djar tal-anzjani jkunu sospiżi sakemm jingħata avviż ieħor
- Jingħalqu ċ-ċenti ta’ matul il-jum kollha
- Spiżeriji
- Ma jidħlux aktar minn żewġ persuni fl-istess ħin
- Il-klijenti u l-pazjenti joqogħdu metru ’l bogħod mill-bank tal-ispiżeriji sakemm jinqdew
- Sospiża l-iskema ta’ tqassim ta’ mediċini fid-djar
- Mater Dei
- Viżitatur wieħed ħdejn kull pazjent
- Ħinijiet iqsar għall-viżitaturi: mill-11:30 sa 12:00 u mill-17:00 sas-18:00
- Ħabs
- Sal-Ħamis: mhux se jsiru żjarat mill-qraba
- Evitati movimenti mhux meħtieħa jew urġenti minn u lejn il-ħabs
- Qoprti
- Ix-xogħol fil-Qorti se jieqaf
- Ikomplu biss każi urġenti jew każi li l-Qorti tħoss li huwa fl-interess pubbliku li jkomplu
- Tribunali lokali jinsabu magħluqa
- Ekonomija
- Jitwaqqaf kumitat tekniku biex jistudja u jilqa’ għall-impatt ekonomiku li din l-imxija tal-Covid-19 se jkollha globalment u għalhekk fuq Malta wkoll
- Knisja
- Il-quddies kollha fil-knejjes qed ikun sospiż sakemm jingħata avviż ieħor mill-Kurja
- Funerali: isir ir-rit tat-tberik tal-fdalijiet fiċ-ċimiterju fil-preżenza tal-qraba l-aktar stretti. Is-saċerdot, fil-privat, joffru quddies b’suffraġju għal ruħ il-mejjet
- Se tixxandar quddiesa kuljum fuq TVM2, fost oħrajn, fid-9:30am u r-rużarju fil-5:30pm.
- Is-Sibt u l-Ħadd il-quddies se tixxandar mis-Santwarju ta’ Pinu u minn knejjes oħra
- Il-Kurja, inkluż l-Uffiċċju taż-Żwiġijiet, l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas u t-Tribunali Ekkleżjastiċi jingħalqu
- Trasport Pubbliku
- Min jixtri biljetti tal-linja mingħand ix-xufiera jrid ikollu flus eżatt
- Ix-xufiera mhux se jkunu qed jagħtu bqija
- Fuq il-karozzi tal-linja mhux se jitħallew persuni bilwieqfa
- L-arja kkundizzjonata tinżamm mitfija u jinfetħu t-twieqi
- Matul il-lejl il-vetturi kollha qed jitnaddfu b’kimika apposta
Appelli mill-Gvern mill-Awtoritajiet tas-Saħħa
- Jekk mhux neċċessità, evita li toħroġ mid-dar
- Teleworking: jekk possibbli, aħdem mid-dar.
- Anzjani: l-anzjani huma l-aktar vulnerabbli; toħroġx bla neċessità
- Tfal: it-tfal ma għandhomx iżuru lill-anzjani, la dawk li jgħixu fir-residenzi tagħhom u lanqas dawk fid-djar tal-anzjani
- Safar: jekk mhux neċessarju evita li s-siefer lejn il-pajjiżi milquta mill-c oronavirus
- Trasport Pubbliku: Tivvjaġġax bil-karozza tal-linja jekk ma tiflaħx
- Tiġijiet: It-tiġijiet huma meqjusa attivitajiet tal-massa. Jekk possibbli, ipposponi
Helplines
- 111: Ċempel BISS biex tistaqsi dwar xi sintomi li qed tħoss. Qabel żur is-sit covid19.gov.mt
- 21324086: Għal aktar informazzjoni dwar il-Coronavirus
- 21411411: Għal dawk li jinsabu fi kwarantina obbligatorja u għandhom bżonn xi ħtiġijiet
- 2598000: Għal assistenza relatata mal-qasam tal-edukazzjoni
- 79241281: Għal dawk li jkollhom mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi
- 2294 4504 / 2294 4511: Biex tirrapporta lil xi ħadd li kiser il-kwarantina mandatorja. Tista' tibgħat email ukoll fuq: [email protected].
Uħud mill-attivitajiet li tħassru jew ġew posposti kawża tal-Covid-19
- L-attivitajiet kollha marbuta ma’ Jum San Patrizju kemm f’San Ġiljan u lil hinn
- Il-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat tal-Imdina
- Il-festa ta’ San Ġużepp fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu l-Belt
- Purċissjoni bil-vara ta’ San Ġużepp fl-Imsida fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-Patroċinju ta’ San Ġużepp
- Pellegrinaġġ bil-vara ta’ San Ġużepp fil-Kalkara fl-okkazjoni tal-150 anniversarju mill-Patroċinju ta’ San Ġużepp
- Il-pellegrinaġġ stazzjonali u nazzjonali bix-xbieha tar-Redentur tal-Isla
- L-attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Belt Valletta li kellhom isiru bejn is-27 u t-28 ta’ Marzu
- Pospost il-Festival Internazzjonali tan-Nar li kellu jsir fl-aħħar ġimgħa ta’ April
- Danusan: ix-xows posposti kollha għal Mejju
- Futbol: il-logħob kollu, anke tal-futsal, fil-kategoriji kollha, se jintlagħab fil-magħluq
- Ir-regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien
- Il- musical Sister Act li kellu jittella’ fit-Teatru Astra fir-Rabat, Għawdex
- L-14 il-edizzjoni tal-Festival tal-Mużika: Gaulitana
- Diversi pageants tal-Ġimgħa l-Kbira
- Diversi attivitajiet oħra privati, ikliet, attivitajiet politiċi, soċjali u reliġjużi
Ħarsa lejn il-każi f’Malta
- L-EWWEL GRUPP: Tifla ta’ 12-il sena u l-ġenituri tagħha
- Waslu minn Ruma nhar it-Tlieta 2 ta’ Marzu
- Barranin li jgħixu u jaħdmu Malta
- Kienu ġejjin minn vaganza fi Trentino
- Il-familja għamlet il-kwarantina fid-dar tagħha skont il-pariri
- It-tifla ħarġulha s-sintomi meta kienet Malta
- La t-tifla u lanqas oħtha ma marru skola minn meta ġew Malta
- Il-ġenituri ma marrux ix-xogħol
- Jimportaw il-virus minn barra minn Malta
- IT-TIENI GRUPP: Raġel u t-tifla tiegħu ta’ 16-il sena
- Waslu minn Alto Adiga, via Treviso, fis-27 ta’ Frar.
- Ir-raġel, is-sieħba u l-bint bdew il-kwarantina wara jumejn
- F’dawk il-jumejn la r-raġel u lanqas bintu ma kellhom sintomi
- L-ewwel sintomi dehru fuq ir-raġel fil-5 ta’ Marzu
- Minn meta kellu s-sintomi hu u s-sieħba ma marrux ix-xogħol u bintu ma marritx skola
- Meta kienu d-dar, il-pazjenti kellhom kuntatt ma’ żewġ persuni oħra li tpoġġew fi kwarantina
- It-tifla tirriżulta pożittiv għall-Coronavirus ftit sigħat wara missierha
- Jimportaw il-virus minn barra minn Malta
- IT-TIELET GRUPP: Tabib u qariba tiegħu li siefret miegħu
- L-ewwel żewġ Maltin milquta mill-Coronavirus
- Waslu lura Malta minn btala fid-Dolomiti fit-8 ta’ Marzu
- Ir-raġel, tabib li jaħdem Mater Dei, segwa minnufih il-kwarantina
- Fl-10 ta’ Marzu ħarġulu s-sintomi u rriżulta pożittiv għall-Covid-19
- Is-sintomi ħarġu fi żmien l-inkubazzjoni tal-virus u għalhekk l-ebda riskju seta’ ħa l-virus minn Malta
- It-tabib ma daħalx għax-xogħol
- Il-familja kollha tiegħu segwew ukoll il-pariri u għamlu l-kwarantina volontarja
- Qariba tat-tabib, li għandha 53 sena, irriżultat ukoll fil-pożittiv
- Anke din kienet segwiet il-pariri u baqgħet fi kwarantina
- Jimportaw il-virus minn barra minn Malta
- Żagħżugħ ta’ 29 sena
- Barrani li jgħix u jaħdem Malta
- Wasal mill-Belġju fit-8 ta’ Marzu
- L-għada jkollu l-ewwel sintomi
- Jinjora l-pariri u xorta waħda jmur ix-xogħol
- Jirriżulta pożittiv għall-Covid-19 nhar il-Ħamis li għadda
- L-awtoritajiet jassessjaw minn kellu kuntatt miegħu fuq ix-xogħol biex jitpoġġew fi kwarantina
- Ittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni u ġew ikkuntattjati passiġġiera li kienu bilqiegħda viċin tiegħu fuq l-ajruplan
- Jimporta l-virus minn barra minn Malta
- Żagħżugħa ta’ 26 sena
- Barranija li tgħix u taħdem Malta
- Irritornat Malta minn Amsterdam fl-10 ta’ Marzu
- Is-sintomi ħarġulha meta kienet għadha msiefra
- Għalhekk sar kuntatt mal-passiġġieri li kienu bilqiegħda sa żewġ fillieri quddiemha, żewġ fillieri warajha u anke fl-istess filliera magħha
- Sar kuntatt ma’ tliet persuni oħra li t-tfajla taqsam l-appartament magħhom
- Timporta l-virus minn barra minn Malta
- Malti ta’ 54 sena
- Mar Munich fis-6 ta' Marzu u ġie lura l-għada
- Fil-11 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomi
- Kundizzjoni ta' saħħa tajba
- Għandu familja ta' tlieta. Jinsabu fi kwarantina
- Jaħdem għal rasu. Mar ix-xogħol meta kellu ftit sintomi iżda l-kuntatt man-nies "ma kienx sinifikanti"
- Taljan ta’ 40 sena
- Jgħix u jaħdem Malta
- Fid-29 ta' Frar mar pariġi u rritorna fis-6 ta' Marzu
- L-ewwel sintomi ħarġu fl-10 ta' Marzu u għamel kuntatt mad-Direttorat fit-12 ta' Marzu
- Jaħdem online u ma jkollux kuntatti ma' impjegati oħrajn
- Kellu kuntatt ma' żewġ persuni oħra. Jinsabu fi kwarantina.
- Maltija ta’ 30 sena
- Taħdem fis-settur tas-saħħa
- Marret Brussell fil-5 ta' Marzu u rritornat fid-9 ta' Marzu
- Fil-11 ta' Marzu kellu sogħla u ftit deni. Fit-12 ta' Marzu għamlet kuntatt mal-awtoritajiet
- Il-familja tagħha fi kwarantina
- Attendiet xi attivitajiet soċjali u qed isir l-assessjar dwar il-kuntatt
- Marret l-aħħar għax-xogħol ġurnata qabel kellha s-sintomi u għalhekk ir-riskju ta' tixrid huma minimu
- Ittieħdu miżuri ta' prekawzjoni u pazjenti li kienu f'kuntatt magħha se jitpoġġew fi kwarantina
- Tfajla ta’ 19-il sena
- Studenta Maltija
- Marret Brussell mill-4 sat-8 ta’ Marzu
- 11 ta’ Marzu bdew is-sintomi
- Marret lecture waħda waqt li kellha s-sintomi. Qed isir l-assessjar mal-istudenti
- Il-familja tagħha ma għandha l-ebda sintomi u tinsab fi kwarantina
- Russu li jgħix Malta
- Kien ilu ftit ir-Russja u ġie lura fl-4 ta’ Marzu
- 11 ta’ Marzu kellu wġigħ fil-muskoli u deni
- Persuna tgħix miegħu u jinsab f’kumpanija privata.
- Dan jaħdem f’kumpanija privata. Qed isir kuntatt mal-kumpanija
- Malti ta’ 33 sena
- Mar Dublin fl-Irlanda bejn is-7 ta’ Marzu u l-10 ta’ Marzu
- Beda bis-sintomi fid-9 ta’ Marzu. Kien bis-sintomi meta kienu għadu hemm
- Mitkellma l-passiġġieri li kienu bilqiegħda viċin tiegħu; dawn jintalbu jagħmlu kwarantina
- Każ ieħor ta’ Malti
- Mar Barċellona fis-6 ta’ Marzu u wasal lura fid-9 ta’ Marzu
- Sema mill-istruzzjonijiet u għalhekk mill-11 ta’ Marzu baqa’ fi kwarantina obbligatorja
- Is-sintomi ħarġulu fit-13 ta’ Marzu
- Koppja li jgħixu flimkien
- Persuna minn Ħong Kong u persuna mill-Italja
- Marru Madrid mis-7 sal-10 ta’ Marzu
- Fil-11 ta’ Marzu kellhom is-sintomi
- Jaħdmu ma’ kumpanija privata. Għadu qed isir l-assessjar
- L-ewwel każ: Tabib Malti
- Tabib ta' 23 sena. Dan mar Dublin l-Irlanda
- Siefer fit-3 ta' Marzu u wasal lura fl-10 ta' Marzu
- Fl-14 ta' Marzu kellu l-ewwel sintomi: uġigħ mal-ġisem, uġigħ ta' rasu anke sogħla.
- Mill-ewwel għamel kwarantina meta ħass is-sintomi. Jiġifieri ma marx xogħol meta kellu s-sintomi.
- Il-familja tiegħu wkoll tinsab fi kwarantina.
- Miegħu kien hemm tliet persuni u wkoll jinsabu fi kwarantina
- Sitt kollegi tiegħu tax-xogħol ukoll tpoġġew fi kwarantina mandatorja anke jekk ma marx ix-xogħol bis-sintomi
- Student Malti ta' 20 sena
- Siefer ukoll Dublin kważi fl-istess ġranet tal-ewwel pazjent.
- Telaq minn Malta fil-5 ta' Marzu u rritorna lura fuq l-istess titjira mat-tabib li wkoll irriżulta fil-pożittiv.
- Beda bis-sintomi fil-11 ta' Marzu: Sogħla u deni.
- Mar lecture l-Università għal ftit ħin.
- Għaddej l-assessjar biex ikun magħruf jekk kellux kuntatt ma' studenti oħra biex jekk dawn ikollhom is-sintomi jitkellmu mill-ewwel u jekk hemm bżonn minn issa jitpoġġew fi kwartantina obbligatorja.
- Raġel ta' 21 sena mill-Portugall
- Ma jgħix Malta iżda ġie biex jaħdem
- Kien Spanja meta ġie Malta fl-10 ta' Marzu.
- Fit-13 ta' Marzu beda bis-sintomi: Sogħla u qtugħ ta' nifs
- Hu u t-tfajla tiegħu għamlu kwarantina mill-ewwel
- It-tfajla tiegħu kellha xi sintomi iżda rriżultat fin-negattiv.
Ikkonfermat li tnejn mill-pazjenti li rriżultat pożittiv għall-Coronavirus issa fiequ u qed jinżammu fi kwarantina obbligatorja