F'Avviż Legali ppubblikat tard it-Tlieta filgħaxija, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ordnat l-għeluq immedjat ta' diversi stabbilimenti bil-għan li jonqos it-tixrid tal-coronavirus.
Kif spjega l-Prim Ministru waqt il-konferenza li kienet saret f'Kastilja, ir-ristoranti, il-gabbani u l-ħwienet tat-take away jistgħu jbqgħu jofru servizz ta' take away.
Il-kċejjen tal-lukandi jistgħu jibqgħu joffru servizzi ta' room service fil-kmamar u anke servizzi ta' delivery fil-komunità
F'avviż legali separat, is-Supretendent estendiet l-għeluq tal-iskejjel b'mod indefinit sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Liema huma l-istabbilimenti li se jagħlqu?
- Barijiet
- Ristoranti
- Kafetteriji
- Snack bars
- Ċinemas
- Gyms
- Mużewijiet
- Wirjiet
- Klabbs
- Diskoteki
- Swieq fil-miftuħ
- Swimming pools ta' ġewwa
- L-iswimming pools nazzjonali
- Stabbilimenti kollha tal-logħob, inkluż swali tal-bingo, casinos, ħwienet tal-gaming etċ
Aqra wkoll: