Il-Prim Ministru jlaqqa' lill-Kabinett illejla

Mhux eskluż li l-kabinett se jkun qed jiddiskuti pakkett ġdid ta' miżuri għan-negozji milquta ħażin mill-imxija tal-Coronavirus

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa tal-kabinett għal-lejla li mistennija tibda għall-ħabta tas-sitta.

Sorsi mill-kabinett ikkonfermaw din l-informazzjoni mas-sit illum.com.mt.

Mhux eskluż li l-kabinett se jkun qed jiddiskuti pakkett ġdid ta' miżuri għan-negozji milquta ħażin mill-imxija tal-Coronavirus.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern ħabbar pakkett ta' miżuri li ma niżilx tajjeb ma' ħafna mill-unjins li jirrappreżnetaw lill-ħaddiema.

Mal-gazzetta ILLUM, kemm il-GWU, il-UĦM, FATTA u l-GRTU ngħaqdu f'appell wieħed lill-Prim Ministru u insistew miegħu: "Għinna qabel ikun tard wisq"

Aqra aktar:

More in Politika