Fil-ġranet li ġejjin, il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta se tkun qed topera titjiriet lejn Londra, Frankfurt u Amsterdam bil-għan li ġġib f’Malta merkanzija, tagħmir mediku u affarijiet oħra essenzjali, filwaqt li twassal lura lejn Malta dawk il-Maltin maqbuda barra minn Malta.
L-Air Malta aġġornat din l-iskeda tagħha hekk kif qed ikomplu jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet imposti minn diversi stati Ewropej.
Titjiriet oħra skedati lejn Brussell u Vjenna mhux se jkomplu.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li s-sitwazzjoni qed tinbidel kuljum u għalhekk jistgħu jkunu mħabbra aktar bidliet.
Bħalissa, it-tijiriet kummerċjali kollha lejn Malta huma mwaqqfa.
Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit www.airmalta.com.