Il-Kabinett jitlaqqa' f'Kastilja bħalissa

Il-konferenza tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, li matulha tagħti l-aġġornament ta' kuljum tagħha, se ssir fis-1:30pm

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li bħalissa għaddejja laqgħa tal-Kabinett f'Kastilja.

Sorsi mill-kabinett ikkonfermaw din l-informazzjoni ma' dan is-sit.

Mhux magħruf għaliex issejħet din il-laqgħa.

Nhar it-Tnejn li għadda wkoll issejħet laqgħa tal-kabinett tard filgħaxija. L-għada, il-Prim Ministru ħabbar sett ta' miżuri ġodda bil-għan li jgħin lil min iħaddem u lill-ħaddiema tas-setturi l-aktar milquta ħażin mill-imxija tal-Covid-19.

Il-konferenza tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, li matulha tagħti l-aġġornament ta' kuljum tagħha, se ssir fis-1:30pm.

Normalment il-konferenza ssir f'nofsinhar jew fin-nofsiegħa. 

More in Politika