'F200 ċella fil-ħabs hemm aktar minn priġunier wieħed' - Fenech Adami

Il-PN jipproponi li priġunieri li waslu biex itemmu s-sentenza tagħhom ikomplu dan permezz ta' house arrest 'biex jitnaqqas l-iffullar'

Meta kien qed jitkellem waqt konferenza tal-Aħbarijiet il-Kelliem għall-Intern tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ppropona - f'isem il-Partit Nazzjonalista - illi biex jitnaqqas l-iffullar fil-ħabs jiġu identifikati priġunieri anzjani u li allura huma aktar vulnerabbli u jitpoġġew f'żona fil-ħabs għalihom jew inkella, saħansitra jitpoġġew f'binja diffferenti b'mod temporanju. Din il-proposta qed issir hekk kif, skont Fenech Adami, l-inkwiet u tħassib fost il-priġunieri qed jikber minħabba ffullar u l-fatt li ma jistgħux iżommu distanza soċjali.

Il-PN qed jipproponi wkoll li dawk il-priġunieri li waslu biex jispiċċaw is-sentenza tagħhom, ikompluha fuq house arrest billi tintuża teknoloġija biex dan ikun assigurat. 

Fenech Adami fakkar illi minn ftit aktar minn 400 ċella, f'200 minnhom hemm aktar minn priġunier wieħed.

Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami

 

More in Politika