Ħames każijiet ġodda ta' coronavirus; Total ta' 134 każ
L-anzjan ta' 61 sena qed iħossu aħjar
More in Politika
L-anzjan ta' 61 sena qed iħossu aħjar
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa, mit-testijiet li saru, ħames persuni rriżultaw pożittiv għall-coronavirus, biex issa l-każi telgħu għal 134 b'żewġ persuni minnhom ifiequ għal kollox.
Il-Professur Gauci qalet ukoll li l-anzjan ta' 61 sena, li kellu xi kumplikazzjonijiet, kawża tal-Covid-19, għadu jinsab rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva iżda qiegħed iħossu aħjar.
Spjegat li fl-aħħar sigħat infetaħ ċentru ieħor f'Malta u ieħor f'Għawdex biex issa t-testijiet qed isiru fi tliet bnadi. Hekk l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu jistgħu jżidu t-testijiet li jsiru, jidentifikaw każi ġodda aktar kmieni u jkun jista' jsir contact tracing, iżolament u kwarantina mandatorja b'mod aktar effettiv.
Mill-każi l-ġodda, tlieta huma relatati ma' safar, filwaqt li tnejn huma każijiet ta' trasmissjoni lokali
Każijiet relatati ma' safar
Każijiet ta' trasmissjoni lokali
Kemm hemm persuni d-dar u persuni l-isptar?
Il-Professur Gauci spjegat li mill-pazjenti kollha, huma erbatax li qed jinżammu fl-Infection Disease Unit tal-Isptar Mater Dei, tmintax li jinsabu fl-isptar St. Thomas u l-anzjan ta' 61 sena li għadu rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta' Mater Dei.
Il-bqija tal-pazjenti jinsabu fid-dar tagħhom. Dan jixhed kemm il-kundizzjoni tagħhom hija waħda tajba. Fid-dar, dawn il-pazjenti, joqogħdu f'iżolment.