Il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis ħabbar illi wara qbil fil-Kabinett il-Gvern se jkun qed jaħtar lil Dr Mark Chetcuti bħala l-Prim Imħallef il-ġdid.
Hu se jkun qed jieħu post il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi li se jkun qed jirtira fi ftit ġimgħat oħra, wara li kien appuntat sentejn ilu.
Il-Prim Imħallef huwa appuntat mill-President skont il-parir tal-Prim Ministru wara li dan jikkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Qabel dan, kumitat tal-ħatriet ġudizzjarji, magħmul mill-Prim Imħallef, l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u l-President tal-Kamra tal-Avukati jkunu ppubblikaw parir lill-Gvern dwar min għandu jieħu din il-kariga.