11-il każ ġdid ta' coronavirus fl-aħħar 24 siegħa

11-il każ ġdid għal total ta' 213-il każ fl-aħħar 24 siegħa

  Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret illi fl-aħħar 24 siegħa - kien hemm 11-il każ ġdid ta' persuni b'coronavirus f'pajjiżna għal total ta' 213-il każ. Dawn il-11-każ ġdid irriżultaw minn 659 test u l-każijiet huma kollha kazi ta' trażmissjoni lokali.

Gauci qalet illi mit-total hemm tliet pazjenti li qegħdin l-ITU, 10 pazjenti qegħdin fl-Infectious Diseases Unit ta' Mater Dei , erbgħa l-Isptar Boffa u żewġ pazjenti fil-unit psikjatriku. 

Il-ħdax il-każ ġdid imħabbar illum huma dawn:

 - Mara Maltija ta' 74 sena, li daħlet l-Isptar fuq raġunijiet mhux relatati mal-covid-19.  Kellha s-sogħla u rriżultat fil-pożittiv qed tinżamm fl-Infectious Deiseases Unit

 -  Raġel Malti ta' 50 sena.  Kellu s-sogħla u rriżulta fil-pożittiv.  Fil-familja tal-persuna hemm tnejn minn nies bis-sintomi wkoll u fuq dawn qed isiru t-testijiet

 - Raġel ta' 46 sena b'deni u wġigħ fil-muskoli mit-2 ta' Aprilk

 - Tifla ta' sentejn li kellha sintomi ta' deni lbieraħ u rriżultat fil-pożittiv.  Qed jiġu ċċekkjati l-membri tal-familja tagħha

 - Raġel barrani ta' 26 sena li jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far.  M'għandux relazzjoni diretta mal-każi tal-bieraħ.  Ġie iżolat wara li ħarġu s-sintomi ta' griżmejn muġugħa u sogħla fit-30 ta' Marzu.

 - Mara barranija ta' 28 sena tirriżulta fil-pożittiv wara s-sintomi ta' deni u imnieħer imblukkat

 - Raġel barrani ta' 24 sena b'sintomi mill-24 ta' Marzu ta' sogħla u mnieħer imblkukkat - qed ikunu iċċekkjati dawk li jaħdmu miegħu u dawk li jgħixu miegħu li jammontaw għal sitta.

 - Raġel ta' 31 sena, health care worker li qabdu d-deni. Persuna li tgħix miegħu fi kwarantina u qed jiġu ċċekkjati pazjenti u staff

 - Raġel barrani ta' 35 sena b'deni u uġigħ mal-ġisem u sintomi ta' riħ.  Jgħix ma' tliet persuni oħra li wkoll qed jiġu ttestjati

 - Raġel Malti ta' 66 sena li daħal għal operazzjoni u rriżulta fil-pożittiv.  Hawn ukoll qed jiġu iċċekkjati pazjenti oħa u staff

 - Mara Maltija ta' 40 sena li kellha għejja u uġigħ ta' ras rriżultat fil-pożittiv ukoll.

More in Politika