Il-PN b'reshuffle fix-shadow Ministers ... id-Deputati l-ġodda t-tnejn b'responsabilitajiet

Il-PN iħabbar tibdil fil-formazzjoni tax-Shadow Cabinet

 Il-PN ħabbar il-lista ta' Shadow Ministers f'reshuffle fis-Shadow Ministers fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni,  Iż-żewġ Deputati ġodda, jiġifieri David Thake u Ivan Bartolo t-tnejn ingħataw responsabilitajiet.  Thake - eks xandar fuq il-midja Nazzjonalista se jkun il-kelliem Nazzjonalista għall-Ambjent u Bidla fil-Klima filwaqt li Bartolo se jkun kelliem għas-Soċjetà Diġitali. 

Din hija l-formazzjoni tax-shadow cabinet

Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni – Adrian Delia

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament – David Agius – Kelliem għall-Familja b’saħħita, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet Adegwati u Sostenibbli u Drittijiet tat-Tfal

Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit – Robert Arrigo Kelliem għall-Isfidi fit- Turiżmu f’Dinja Ġdida

Whip tal-Oppożizzjoni – Robert Cutajar  – Kelliem għaż-Żgħażagħ, l-Isport tul Ħajjitna, il-Volontarjat u l-Ġlieda kontra l-Obesita’

Deputy Whip – Frederick Azzopardi

Karol Aquilina – Kelliem għall-Governanza Tajba, Tisħiħ tad-Demokrazija, għaċ-Ċittadinanza u r-Riforma tas-Servizz Publiku

Jason Azzopardi – Kelliem għall-Ġustizzja

van Bartolo – Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-Glieda kontra l- Faqar ta’ Kull Tip, Solitudni u l-Eskluzzjoni Socjali

Ivan J. Bartolo – Kelliem għall-Soċjeta’ Diġitali

Toni Bezzina – Kelliem għat-Trasport u Mobilità, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Claudette Buttigieg – Kelliem għall-Ugwaljanza Vera u Sħiħa, u Deputat Speaker

Ryan Callus – Kelliem għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma

Therese Comodini Cachia – Kelliem għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, l-Kultura u l-Media

Kevin Cutajar – Kelliem għall-Artijiet, l-Kostruzzjoni u Ippjanar Sostenibbli

Mario de Marco – Kelliem għall-Finanzi

Kristy Debono – Kelliem għall-Investiment Ekonomiku u Negozji Żgħar, s-Servizzi Finanzjarji u l-Aċċessibilita għall-Fondi u Budget Ewropej

Maria Deguara – Kelliem għall-Anzjanità Attiva u Inklussiva u l-Persuni b’Abiltajiet Differenti

Beppe Fenech Adami – Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità

Mario Galea – Kelliem għas-Saħħa Mentali, Ħarsien tal-Persuni b’Mod Sħiħ, Kura fil-Komunità, Dimensja, l-Ġlieda Kontra d-Diabete, u Drittijiet tal-Annimali

Karl Gouder – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Gvern Lokali u l-Komunitajiet

Claudio Grech – Kelliem għall-Ekonomija

Carmelo Mifsud Bonnici – Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’Dinja Mingħajr Fruntieri

Clyde Puli – Kelliem għall-Edukazzjoni u t-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu Soċjali Parteċipattiv

Chris Said – Kelliem għall-Għawdex u Riformi Kostituzzjonali

Hermann Schiavone – Kelliem għall-Industrija tal-Catering u Divertiment, Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika

Stephen Spiteri – Kelliem għas-Saħħa

David Thake – Kelliem għall-Ambjent u l-Emergenza tal-Klima

Edwin Vassallo – Kelliem għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, Delizzji, Self Employed u l-Koperattivi

 

More in Politika