Waqt konferenza tal-Aħbarijiet illi matulha l-Ministru tas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li r-residenti taċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far qegħin fuq kwarantina obbligatorja minn issa (Ara l-istorja kollha hawnhekk) huwa qal illi ried iwieġeb għal dawk li sejjaħ 'ħrejjef' ta' ċerti sezzjonijiet tal-midja. "Ħa nwieġeb għal dawn il-ħrejjef ... id-deċiżjonijiet qed neħduhom flimkien, b'mod komprensiv bħala Gvern."
Fearne iċċara li r-rakkomandazzjoni hija ċara - kulħadd jibqa' d-dar u joħroġ f'każi ta' bżonn u emerġenza. Fearne qal ukoll iżda illi jekk persuna ma tistax tagħmel eżerċizzju d-dar tista' tagħmlu barra, basta ma tiltaqax man-nies biex ma xxerridx il-mard.
"Nużaw is-sena komun," qal id-Deputat Prim Ministru
Fearne qal ukoll li huwa importanti li kulħadd iżomm sod u ma jerħix.