Fl-aħħar ġimgħat Malta assistiet lil eluf ta' residenti u turisti li xtaqu jmorru lura pajjiżhom u dan hekk kif Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li għalaq l-ajruport għall-Italja, Spanja, Franza, il-Ġermanja u l-Iżvizzera.
Fi stqarrija l-Ministeru Għall-Affarijiet Barranin u Ewropej sostna illi sa issa ġew ripatrijati 4,206 persuni - fl-aħħar tliet ġimgħat.
Il-Gvern iżda issa qed jestenmdi wkoll is-sejħa tiegħu lill-barranin kollha li kienu jgħixu hawn jew kienu fuq vaganza biex jekk iridu jkunu ripatrijati.
Il-Ministeru qal li l-assistenza qed tingħata wkoll lil dawk iċ-ċiitadini tal-Unjoni Ewropea li għal raġunijiet diversi kienu pajjiżna.
Dawk kollha li jixtiequ l-għajnuna għandhom japplikaw hawnhekk sa mhux aktar tard mid-19 ta' April: https://foreignandeu.gov.mt/apply