Mill-ġimgħa d-dieħla jibdew jintbagħatu l-ħlasijiet relatati mal-Covid-19

Il-ħlasijiet tas-Suppliment tal-pagi Covid-19 li jkopru x-xhur ta’ Marzu u April, il-ħlas tal-leave tal-kwarantina, u l-inċentiv tal-iskema Telework huma mistennija li jibdew jitħallsu mill-ġimgħa d-dieħla

Il-Ministru Schembri u ħdejh Kurt Farrugia
Il-Ministru Schembri u ħdejh Kurt Farrugia

Il-ħlasijiet tas-Suppliment tal-pagi Covid-19 li jkopru x-xhur ta’ Marzu u April, il-ħlas tal-leave tal-kwarantina, u l-inċentiv tal-iskema Telework huma mistennija li jibdew jitħallsu mill-ġimgħa d-dieħla

S’issa kien hemm 12,885 kumpanija u persuni li jaħdmu għal rashom li applikaw għas-suppliment tal-paga li minnhom 74% (9,474) jaħdmu għal rashom, 22% (2,877) kumpaniji, 3% (332) sħubijiet u 2% (202) elenkati bħala oħrajn. Dan jissarraf f’62,766 impjegat li jistgħu jibbenefikaw mis-Suppliment tal-paga COVID-19 li minnhom 52,703 huma impjegati full-time u l-10,063 huma impjegati part-time, li jfisser li l-maġġoranza tal-applikanti huma intitolati għall-assistenza sħiħa tas-Suppliment tal-pagi.

Is-setturi ewlenin li minnhom il-kumpaniji applikaw għall-paga sħiħa tas-Suppliment tal-pagi COVID-19 huma s-settur tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, wholesale and retail trade, it-tiswija tal-vetturi, is-servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ u s-setturi tat-trasport u ħażna. 97% tal-applikanti huma bbażati f’Malta filwaqt li 3% huma bbażati f’Għawdex. 

“Permezz ta’ din l-informazzjoni issa għandna stampa aktar ċara tas-setturi li fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu milquta minn COVID-19. Fl-istess ħin bħala Gvern aħna kontinwament qegħdin insegwu s-sitwazzjoni b’mod ħolistiku billi nżommu diskussjonijiet kontinwi mal-partijiet interessati kollha. L-ewwel lott ta’ applikazzjonijiet għas-suppliment tal-paga COVID-19 li tant huma mistennija issa mxew ‘il quddiem lejn l-istadju ta’ evalwazzjoni. Malta Enterprise issa tinsab f’pożizzjoni aħjar biex tipproċessa dawn l-applikazzjonijiet b’mod aktar effiċjenti, billi taħdem mill-qrib ma’ dipartimenti oħra biex tiżgura l-effiċjenza, ittejjeb il-preċiżjoni u ttaffi l-abbużi. Il-ħlasijiet tas-Suppliment tal-pagi covid-19 li jkopru x-xhur ta’ Marzu u April mistennija jibdew jitħallsu mill-ġimgħa d-dieħla. Dan b’investiment ta’ €100 miljun.  Hemm ħafna aktar applikazzjonijiet li qed jiġu analizzati.  L-applikanti kollha se jirċievu email biex jikkonfermaw jekk l-applikazzjoni tagħhom kinitx aċċettata jew le”, spjega  l- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri.  

 

Kurt Farrugia, il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise, qal li mit-tħabbir tal-ewwel miżuri ta’ appoġġ għall-ekonomija, iċ-ċentru tal-għajnuna 144 sar il-punt ta’ riferiment ewlieni għan-negozji fiċ-ċirkostanzi attwali. “In-numru ta’ mistoqsijiet riċevuti fuq bażi ta’ kuljum ilaħħaq il-medja ta’ 3,000 kuljum u qed ikunu mwieġba permezz tal-Helpline 14

More in Politika