Jitilgħu għal 82 il-persuni mfejqa mill-coronavirus f'Malta

Malta, sa issa kellha total ta' 399 każ. Tliet persuni tilfu ħajjithom

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li fiequ 38 persuna oħra mill-Covid-19 f'Malta.

Dan ifisser li sa issa, f'Malta, kienu 82 il-pazjenti li fiequ għal kollox mill-coronavirus.

Kif spjegat kemm-il darba l-Professur Charmaine Gauci, dawn it-38 persuna xorta waħda jibqgħu kwarantina d-dar għal ftit jiem oħra bħala prekawzjoni.

Persuna tkun iddikjarata mfejqa meta jsiru diversi tests u kollha kemm huma jirriżultaw negattiv.

Malta, sa issa kellha total ta' 399 każ. Tliet persuni tilfu ħajjithom.

More in Politika