Filmat | Madwar 77,000 ħaddiem se jkunu qed jibbenefikaw mill-għajnuna tal-Gvern

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri spjega kif il-Malta Enterprise rċeviet kważi 17,000 applikazzjoni mis-sidien tan-negozji

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri spjega kif madwar 80,000 ħaddiem se jkunu qed jibbenefikaw mill-miżuri li ħabbar il-Gvern biex jassigura dħul għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpaniji u negozji f’dawk is-setturi li ntlaqtu ħażin mill-imxija tal-COVID-19.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Schembri spjega kif il-Malta Enterprise rċeviet kważi 17,000 applikazzjoni mis-sidien tan-negozji biex il-Gvern iħallas sa 800 fix-xahar tal-pagi tal-ħaddiema.

Skont il-Ministru, minn din il-ġimgħa, tħallsu f’aktar minn 5 miljun f’pagamenti u għad hemm talbiet li qed jiġu pproċessati.

Fil-fatt, kienu 16,970 kumpanija u negozji li applikaw mal-Malta Enterprise għall-għajnuna mill-pakkett finanzjarju li ħabbar il-Gvern ix-xahar li għadda.

More in Politika