Marru jieklu f'ristorant; Is-sid jeħel €3,000

Intant sa issa 646 persuna ġew immultati talli nqabdu fi gruppi ta’ aktar minn 3 persuni fil-pubbliku

Minkejja l-appelli kontinwi li qed isiru, 96 persuna xorta waħda għażlu li lbieraħ joħorġu u jinġemgħu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni f’post pubbliku, xi ħaġa illegali skont avviż legali li sar mill-Gvern.

Fil-fatt, sa issa, 646 persuna ġew immultati talli nqabdu fi gruppi ta’ aktar minn 3 persuni fil-pubbliku u kollha kemm huma weħlu l-multa ta’  €100 kull wieħed.

Apparti minn hekk, ilbieraħ, stabbiliment tal-ikel f’Marsaxlokk ġie mmultat €3,000 wara li nqabad b’bank barra t-triq b’2 klijenti jieklu fuqu

Suppost l-istabbiliment jista’ jservi biss take-away jew delivery. 

More in Politika