Il-Gvern estenda l-iskema tar-ripatrijazzjoni għal dawk il-barranin kollha li jinsabu Malta u li jixtiequ jirritornaw lura pajjiżhom.
L-iskema ġiet estiża sal-10 ta’ Mejju.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal li din l-assistenza hija disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea u dawk minn pajjiżi terzi u li kienu jinsabu Malta raġunijiet diversi, fosthom minħabba x-xogħol, edukazzjoni, raġunijiet familjari u turiżmu.
Huma intitolati wkoll anke dawk li ma għandhomx permess għar-residenza.
Il-Ħamis li għadda, il-Gvern ħabbar li assista r-ripatrijazzjoni ta’ 4,700 ħaddiem barrani li għażlu li jirritornaw lura pajjiżhom.
2,603 persuna oħra li rreġistraw kienu qed jistennew.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu billi tagħfas hawn.
Wieħed jista’ jċempel ukoll fuq 22042800 jew jibgħat email fuq [email protected].