L-ewwel effetti Covid-19 ... jiżdied il-qgħad b'20%

Il-qgħad jiżdied b'20% f'Marzu li għadda meta mqabbel ma' Marzu tal-2019

L-ewwel sinjali tal-effett ekonomiku tal-pandemija Covid-19, kif mistenni, qed jidher fis-suq tax-xogħol hekk kif għall-ewwel darba wara ħafna żmien Malta rreġistrat żieda qawwija fil-qgħad.  Fil-fatt f'Marzu li għadda, skont ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-qgħad żdied b'20 % meta mqabbel ma' Marzu għal total ta' 2,125 persuna jirreġistraw jew żieda ta' 309 jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru u żieda ta' 44 jirreġistraw fuq it-tieni parti.

Il-qgħad żdided fl-etajiet kollha. 

Dawk li ilhom jirreġistraw għax-xogħol inqas minn 21 ġimgħa żdiedu bi 80.3% mqabbel ma' Marzu tas-sena l-oħra, filwaqt li dawk li ilhom jirreġistraw iktar minn 21 ġimgħa naqsu, speċjalment fost dawk li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena.

In-numru ta persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw żdiedu wkoll b'20 persuna meta kkumparat ma' Marzu tas-sena li għaddiet u laħaq il-239. 

More in Politika