Waqt konferenza tal-Aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Chamaine Gauci ħabbret illi fl-aħħar 24 siegħa, b'kollox kien hemm 15-il persuna li fiequ mill-Covid-19 għal total ta' 165 persuna li fiequ sa issa. Minn dawn, tmienja huma rġiel u l-bqija huma nisa.
Gauci qalet illi minn 808 test - ftit iktar testijiet li saru mill-aħħar jiem - irriżulta każ wieħed biss ġdid ta' Covid-19. Dan il-każ huwa ta' tfajla li żviluppat is-sintomi, bil-ġenituri wkoll jiżviluppaw sintomi u qed ikunu ttestjati.
Gauci qalet ukoll li lbieraħ saru 20 test fuq immigranti f'Ħal Far u ħadd minnhom ma rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19.
Hija appellat biex kulħadd ikompli jsegwi l-appelli tal-awtoritajiet tas-saħħa ħalli b'hekk ma jerġgħux jiżdiedu l-każi, kif ġara f'pajjiżi oħrajn.