Fi stqarrija l-Gvern qal illi fi ftit sigħat, lpersuna ppruvat taħrab darbtejn miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far u fiż-żewġ okkażjonijiet, inżammet minn dawk li qed jipprovdu s-sigurtà madwar dan iċ-ċentru.
Fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, li qed jipprovdu sigurtà mad-dawra taċ-ċentru, qabdu lil din il-persuna minnufih.
Minn hemm din il-persuna tpoġġiet f’parti oħra taċ-ċentru minn fejn iktar tard reġgħet ippruvat taħrab. Din id-darba nżammet bl-intervent tal-pulizija hekk kif ma laħqitx waslet san-naħa ta’ barra. Il-Gvern fakkar illi f’dan il-każ japplikaw il-liġijiet maħsuba għal dawk li jiksru l-kwarantina mandatorja.
"Irid ikun iċċarat li ċ-ċentru minn fejn ippruvat taħrab din il-persuna m’għandu x’jaqsam xejn ma’ fejn qed jinżammu l-immigranti li diġà nstabu pożittivi għall-Covid."