Anzjana ta' 96 sena hija r-raba' vittma tal-Covid-19 f'pajjiżna
Il-Gvern jerġa jfakkar biex kulħadd isewgi l-appelli u jibqa' ġewwa
More in Politika
Il-Gvern jerġa jfakkar biex kulħadd isewgi l-appelli u jibqa' ġewwa
Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar, li anzjana ta’ 96 sena hija r-raba’ vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
L-anzjana li kienet qed tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellha kumplikazzjonijiet oħrajn tas-saħħa. Hija ġiet ikkonfermata pożittiva għal-Covid-19 fis-16 ta’ April wara li kienet ddaħħlet fl-isptar Mater Dei.
L-anzjana mietet fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl.
Il-Ministeru għas-Saħħa filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, mill-ġdid appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa,"għax hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna."
Każ wieħed biss ġdid ta' Covid-19 ... 26 ifiequ
Intant waqt Konferenza tal-Aħbarijiet wara nofsinhar is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa rriżulta każ wieħed biss pożittiv għall Covid-19. Dan il-pazjent huwa raġel ta' 52 sena u kellu uġigħ fil-ġogi u anke uġigħ ta' ras - sussegwentement beda jsir contact tracing tal-familja tiegħu.
Intant Gauci ħabbret ukoll li 26 persuna b'kollox fiequ mill-virus.