'Il-Gvern ħadna lura 50 sena' - Il-GRTU dwar il-prezzijiet tal-maskri

Il-GRTU toħroġ kontra l-iffissar tal-prezzijiet tal-maskri u tgħid li din hija miżura ta' pajjiż mhux żviluppat

Il-Kamra Maltija tal-SMEs (GRTU) ikkritikat il-pass li ħa l-Gvern meta lbieraħ ħabbar prezzijiet fissi fuq il-maskri - li issa saru obbligatorji li jintlibsu.  Il-GRTU qalet illi dan il-pass jieħu lill-pajjiż lura 50 sena, għal meta kienet ddaħlet liġi li tagħti lill-Gvern il-jedd li jiddetermina l-prezziiet ta' prodotti essenzjali. 

"Nappellaw lill-Gvern biex ikun responsabbli u biex ma jagħmilx dawn it-tip ta' żbalji u nfakkru li soluzzjonijiet ta' pajjiż mhux żviluppat mhumiex aċċettabli,"  temmet tgħid il-GRTU.

Il-Gvern ħabbar illi ffissa prezz tal-maskri għal  95ċ u l-prezzijiet tal-Visors għal massimuu ta' €5. 

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kiejn ħeġġeġ lill-Gvern juża din il-liġi introdotta minn Gvern Laburista fis-70ijiet biex jiġu determinati prezzijiet ta' oġġeti essenzjali waqt il-kriżi tal-pandemija. 

 

More in Politika