Il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST Frederick Schembri rriżenja wara nuqqas ta' qbil mal-Prinċipal tal-istess istituzzjoni edukattiva. Jidher illi dan in-nuqqas ta' qbil kien dwar l-impjieg ta' eks priġunier li kien studja fl-istess MCAST, li ingħata xogħol hawnhekk u kellu dan ix-xogħol mġedded għal darbtjen.
Jidher li Schembri tħalla fil-għama dwar dan u wara batibekki mal-Prinċipal James Calleja, illum bagħat ittra illi fiha ħabbar ir-riżenja tiegħu minn din il-kariga. Minkejja li tekinikament hu tefa' din ir-riżenja malli nbidel il-Prim Ministru jidher li din ma kinitx milqugħa u Schembri kien se jibqa' President hu.