Malta għandha żewġ każi ġodda ta' persuni b'Covid-19 u t-tnejn li huma kienu nisa u bla sintomi. Fl-ewwel każ kien hemm mara li marret l-Isptar u meta sarilha t-test, kif qed isir għal kull min imur l-isptar, nstabet li hija pożittiva. Persuna oħra li rriżultat fil-pożittiv kienet mara Maltija li wkoll marret l-isptar u li wkoll kienet bla sintomi imma li kellha li-tifla bis-sintomi.
Waqt il-konferenza ta' kuljum is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmnaine Gauci qalet illi b'kollox ukoll fl-aħħar 24 siegħa sitt persuni oħra fiequ, biex b'kollox 413-il persuna fiequ sa issa.
Hija fakkret li persuni vulnerabbli għandhom jibqgħu d-dar, anke jekk kien hemm min staqsa biex ikun skużat. Gauci sostniet li huwa importanti li persuni vulnerabli jibqgħu d-dar ħlief għal bżonniiet importanti.
Gauci ċċarat ukoll li l-miżuri li ttieħdu sa issa, jiġifieri l-ftuħ tal-ħwienet u anke vjaġġi lejn Għawdex, saru għaliex fl-assessjar tar-riskju kienu meqjusin bħala attivitajiet li ma kinux ta' riskju għoli. Hija appellat għalhekk biex kulħadd ikompli jsegwi l-appelli u r-regoli ħalli jsir aktar rilaxxament ta' miżuri.