10 każi ġodda ta' Covid-19 minn rekord ta' 1,500 test

10 każi ġodda u ħamsa jfiequ fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ ħamsa minn nies biex b'kollox, sa issa fiequ 448 persuna li kellha dan il-virus mit-total ta' 532 każ sa issa.  Fl-aħħar 24 siegħa minn rekord ta' testijiet li saru  - 1,500 - irriżultaw 10 każi ġodda. 

Dawn l-10 każi huma dawn li ġejjin:  

1 - mara ta' 19-il sena li kienet diġa' kienet fi kwarantina minħabba li kellha kuntatt ma' persuna oħra li rriżultat fil-pożittiv għall-virus.  

2 - Raġel ta' 75 sena li diġa kellu xi problemi mediċi u ma kellux sintomi

3 - Raġel ieħor li kellu kumplikazzjonijiet u beda jaqta' nifsu u li daħal l-isptar

4 - Raġel ta' 56 sena li kellu griżmejh juġgħuh  - qed isir assessjar tar-riskju fuq il-post tax-xogħol u fost il-familja

5 - Mara tad-dar li kellha griżmejha.  Qed isiru testijiet ma' dawk li għamlet kuntatt magħhom

6 - Raġel ta' 66 sena li ma kellu ebda sintomi

7 - Mara Maltija ta' 50 sena u li ma kellha ebda sintomi u li marret biex tieħu test

8 - Raġel Malti ta' 30 sena li kellu uġigħ fil-muskoli u f'żaqqu.  Hu kien qed jaħdem bit-telework

9 - Raġel Taljan ta' 20 sena li mam kienx qed imur għax-xogħol

10 - Mara ta' 17-il sena.  Qed isiru testiojiet fuq il-familja u ħbieb

More in Politika