Skont tabella maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa, minn 1,519-il test irriżultaw fil-pożittiv għall-Covid-19, 11-il persuna. Din it-tabella kienet ippubblikata fin-nuqqas tal-Konferenza ta' Charmaine Gauci li mhux se tibqa ssir kuljum.
B'hekk Malta issa għandha 103 każi attivi minn total ta' 53,196 test, hekk kif pajjiżna kellu 460 każ ta' persuni li fiequ. Fil-fatt fl-aħħar 24 siegħa fiequ erba' minn nies oħra.
Dan in-numru huwa bejn wieħed u ieħor fl-istess livelli li kellna fl-aħħar jiem hekk kif in-numru ta' testijiet li saru żdiedu u qabżu, kważi dejjem l-1,200. B'kuntrast għal ftit ġimgħat ilu meta fi ġranet kienu qed isiru 700 test jew saħansitra inqas.