Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jsir patt soċjali ġdid li jiddiskuti x-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja kif ukoll il-kunċett ta' dħul dinjituż u xieraq. Dan il-patt soċjali għandu jsir wara diskussjoni wiesa' mal-korpi kostitwiti, unjins, soċjetà ċivili u anke bejn il-partiti
Il-PN fil-fatt illum ressaq sett ta' prinċipji u pilastri li fuqhom mibnijin proposti tal-istess partit għaż-żmien li ninsabu fih. L-ewwelnett li l-għajnuna lis-setturi ekonomiċi jibqgħu jingħataw u allura l-għajnununa tingħata l-aktar lil dawk li hemm bżonn, sakemm ikun hemm ġenwinità. Pilatsru ieħor huwa l-fiduċja u allura li l-Gvern jaqta' l-inċertezza bl-effiċjenza u pilastru ieħor huwa dak illi l-ewwel u qabel kollox hemm is-saħħa. Pilastru ieħor huwa l-bżonn ta' trasformazzjoni ekonomika, għal ekonomija iktar sostenibbli u ieħor huwa dwar patt soċjali ġdid.
Il-PN qed jipproponi wkoll li tkun iffurmata task force illi fiha jkun hemm diskussjoni biex "flimkien insibu soluzzjoniiet". Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Gvern mhux qed ikun trasparenti dwar il-pjani tiegħu u qad iħalli ħafna nies - stakeholders - fid-dlam. "Il-Gvern mhux qed jagħti informazzjoni lil diversi oqsma filwaqt li qed jingħataw verżjonijiet kunfliġġenti ta' fejn sejjer il-pajjiż.," qal Delia li semma' l-fatt li l-Ministru tas-Saħħa semma' l-possibilita li niftħu l-ajruport u ngħalquh għax-Xitwa, fi żmien għall-influwenza, filwaqt li fakkar li l-PM li ma jaqbilx.
"Għaddew xaharejn u konna qed nistennew li nkunu mħejjijin sew għat-tieni mewġa li taf tmiss lill-pajjiżna, minflok il-PM qalilna li l-mewġ fil-baħar biss qiegħed."
"Irridu nkunu preparati," qal Delia li fakkar illi dak ta' bħalissa huwa kollu ġdid għax din qatt ma ġara fl-istorja kontemporanja. "Irridu nippjanw biex ma nerġgħux nagħmlu l-iżbalji tal-passat."