Hekk kif min-nhar il-Ġimgħa se jiġu llaxkati ħafna mill-miżuri restrittivi li daħlu fis-seħħ minħabba l-COVID-19, klijenti li jkunu jridu jixtru l-ħwejjeġ se jkunu jistgħu jippruvaw qabel jixtru.
Skont linji gwida ġodda maħruġa mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, il-ħaddiema/sidien iridu jassiguraw li l-kamra fejn wieħed jipprova titnaddaf wara kull klijent.
Kwalunkwe oġġett li jintlibes mill-klijenti huma u jippruvaw għandhom jinżammu f'post sigur għal 72 siegħa qabel jitpoġġew f'posthom biex ikun jista' jipprovahom ħaddieħor.
Jekk persuna tbiddel il-ħwejjeġ li tkun xtrat jew inkella qalgħet bħala rigal, għandu jkun assigurat li dawn ukoll jinżammu f'post sigur għal 72 siegħa.
Ħwejjeġ ta' taħt ma jistgħux jitbiddlu.