Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid mill-ġdid jilmenta dwar irwejjaħ mill-inċineratur tal-Marsa

Il-Kunsill jesprimi t-tama li din hija l-aħħar darba li se jkollu jsir dan l-ilment

Raħal Ġdid
Raħal Ġdid

Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid ilmenta, mill-ġdid, dwar irwejjaħ mill-inċineratur tal-Marsa u fakka li din mhux l-ewwel darba lin qed jagħmel dan l-ilment. 

Il-Kunsill fi stqarrija fakkar li nhar is-16 ta’ Marzu, il-Kunsill Lokali Paola, kien informa lill-pubbliku illi l-istess Kunsill kien irċieva korrispondenza mingħand l-ERA dwar irwejjaħ fil-lokalita fejn ġie kkonfermat li minn investigazzjonijiet li saru, l-irwejjaħ kienu ġejjin mill-Marsa Thermal Treatment Facility (l-inċineratur tal-Marsa). Dan wara li xi apparat kien żviluppa ħsarat u li isewwa u għaldaqstant il-Kunsill kien infurmati li il-kwistjoni ġiet magħluqa.

Minkejja dan Jidher illi dawn l-aħħar ġranet dawn l-irwejjaħ reġgħu tfaċċaw u għaldaqstant il-Kunsill Lokali Paola se jkun qed jerġa jagħmel il-pressjoni meħtieġa mal-awtoritajiet regolatorji tas-settur sabiex "din il-problema tissolva darba għal dejjem."

"Il-Kunsill ilu għal bosta xhur jilmenta dwar dan l-inkonvenjent ta’ rwejjaħ insapportabbli u jinsab imħasseb ukoll fuq l-impatt li dan jista’ ikollu fuq is-saħħa tar-residenti. Nittamaw li din tkun l-aħħar darba li dan il-Kunsill ikollu jirrapporta dwar dan l-inkonvenjent," temmet tgħid l-istqarrija. 

More in Politika