Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq illi hu ma jiddejjaqx jiddeċiedi fejn ikun hemm bżonn, bħal ma ddeċieda fil-każ tal-eks Ministru Konrad Mizzi. madanakollu għamilha ċara illi fejn m'hemmx lok ta' azzjoni, "se niddefendi lill-Kabinett u l-Ministri u mhu se nħalli lil ħadd jiddetermina l-aġenda tal-Gvern."
Abela għamilha ċara, fir-rigward ta' akkużi minn membru tal-familja Caruana Galizia illi persuna fil-kabinett kellha relazzjoni intima ma' Yorgen Fenech, illi mhuwiex ġust li wieħed jittimbra bħala ħażin lil xi ħadd li kien ħabib jew kienet ħabiba ta' Fenech, sakemm dan ma ġarax wara li l-istess Fenech kien implikat fil-qtil tal-ġurnalista.
Fil-kummenti tiegħu lil timesofmalta.com huwa qal illi hu jieħu azzjoni biss kieku dik ir-relazzjoni kompliet wara li kien magħruf illi Fenech huwa akkużat fil-qtil. Appella biex ma jkunx hemm min jumilja lin-nies.
Din l-akkuża saret minn wieħed mit-tfal ta' Caruana Galizia u nxterdet fuq il-midja soċjali minn xi Deputati Nazzjonalisti, fost oħrajn.