LSE li jaħdem fi Skolasajf ta’ Ħal Luqa rriżulta pożittiv għall-Covid-19 wara li attenda l-party Hotel Takeover.
Dan kien ikkonfermat mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika mal-istazzjon nazzjonali.
Skont is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika, l-LSE ma kellux sintomi sakemm kien qiegħed fl-iskola u ġie f’kuntatt ma’ tliet klassijiet.
Jidher li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu kuntatt mal-ġenituri tat-tfal affettwati biex isirilhom swab test.
Illum ħareġ każ wieħed pożittiv u dan wara żieda sostanzjali ta' infezzjonijiet fl-aħħar jiem biex it-total tal-każi attivi issa huwa ta' 27. Mill-party Hotel Takeover ħarġu 16-il każ.
Aqra wkoll: