F'Avviż Legali ppubblikat illum, il-Gvern ħabbar li qed jintroduċi multa ta' €3,000 għal dawk l-organizzaturi li jiksru r-regoli dwar l-attivitajiet tal-massa mħabbra mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, il-ġimgħa li għaddiet.
Fost oħrajn, ir-regoli l-ġodda jistipulaw li:
- l-ammont massimu ta’ nies permessi fi stabbiliment huwa ta’ persuna għal kull 4m2;
- fi stabbilimenti bl-imwejjed u siġġijiet irid ikun hemm spazju ta’ żewġ metri bejn mejda u oħra, b’massimu ta’ għaxar persuni ma’ kull mejda;
- f’każ ta’avvenimenti ta’ 100 persuna jew iktar, l-organizzaturi jridu japplikaw għal permess mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u jissottomettu risk assesment;
- f’kull avveniment trid tinżamm informazzjoni dwar il-persuni li jattendu biex ikun jista’ jsir aktar contact tracing effettiv jekk ifeġġ każ pożittiv;
- ma jistax ikun hemm gruppi ta’ 10 persuni bilqiegħda jew bilwieqfa fi grupp wieħed, ħlief għall-familji bit-tfal jew persuni li jgħixu fl-istess dar; u
- jrid ikun assigurat li kull grupp iżomm minn tal-inqas distanza ta’ żewġ metri minn grupp ieħor.
Kemm it-tobba u l-infermiera ħabbru azzjoni industrijali ġaladarba l-Gvern baqa' ma waqqafx l-attivitajiet tal-massa