Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, wissiet li dawk kollha li jirrifjutaw li jilbsu l-maskri f'postijiet bħal ħwienet, il-karozzi tal-linja u fuq il-vapur ta' Għawdex se jkunu qed jeħlu multa ta' €50.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara laqgħa ta' tmien sigħat li saret bejnn il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Mediku u Ekonomiku (MCESD) u l-Gvern.
Jidher li se jkunu qed jinfetħu wkoll żewġ ċentri oħra li fihom isiru t-testijiet.
Aktar dettalji dwar il-passi kollha li se jkunu qed jittieħdu se jingħataw lilkom fuq dan is-sit malli jkunu kkomunikati uffiċjalment.