Uffiċjal tal-ħabs jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Jidher li dan l-uffiċjal kien eskorta wieħed mill-priġunieri sal-Isptar Mater Dei

Uffiċjal tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u sa issa, hekk kif bdew isiru t-testijiet lill-kollegi tiegħu u anke lir-residenti tal-Faċilità, ħadd aktar ma rriżulta li għandu l-virus.

Dan ġie kkonfermat mas-sit MaltaToday milll-Ministeru għall-Intern.

Jidher li dan l-uffiċjal kien eskorta wieħed mill-priġunieri sal-Isptar Mater Dei.

Il-kelliem għall-Ministeru insista li l-impjegati kollha tal-ħabs komplew dejjem isegwu l-miżuri ta' mitigazzjoni, fosthom l-ilbies tal-maskri u l-visors u l-binja kienet qed tiġi ddiżinfettata regolarment.

Apparti minn hekk ir-residenti għadhom qed jaraw lill-qraba u l-ħbieb tagħhom minn wara l-perspex.

More in Politika